Filmat: Tinqaleb karozza fil-Gudja; raġel l-isptar

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li nqaleb bil-karozza fil-Gudja. Hu weġġa’ ħafif.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am f’Dawret il-Gżejjer.

Ir-raġel li għandu 74 sena u joqgħod il-Fgura qabad il-bankina u nqaleb.

Filmat: Mark Ellul