Aġġornata: Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li nqalbet karozza f’Marsaxlokk

Passiġġier f’karozza ta’ 22 sena minn Ħal Tarxien weġġa’ wara li nqalbet il-karozza li kien fiha f’Marsaxlokk.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq Delimara. Is-sewwieq tal-karozza għandu 36 sena u joqgħod il-Kalkara.

It-triq reġgħet infetħet wara li għamlet xi ħin magħluqha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Motorists are advised to avoid Delimara Road in Marsaxlokk and seek an alternative route due to a traffic accident.

Posted by The Malta Police Force on Tuesday, September 17, 2019