Aġġornata: Raġel ta’ 29 sena jinqaleb bil-karozza fl-Imsida

Raġel ta’ 29 sena residenti fl-Imsida, inqaleb bil-karozza fi Triq Reġjonali fl-Imsida. Huwa qed isofri minn grieħi gravi.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30am fl-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Għalkemm minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt kien hemm numru ta' karozzi involuti fl-inċident, il-kundizzjoni tal-persuni l-oħra involuti għadha mhix magħrufa.