Tinqaleb karozza fl-Imsida

CMRU

Mara ttieħdet l-isptar wara li l-karozza li kienet qed issuq inqalbet.

Kelliema għall-Pulizija spjegat kif il-mara kienet qed issuq fi Triq Reġjonali l-Imsida direzzjoni lejn il-Marsa meta għal xi raġuni hi ħabtet mal-barrier b’konsegwenza li spiċċat fil-karreġjata tad-direzzjoni opposta u nqalbet il-karozza li kienet fiha. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45pm.

Il-mara għandha 29 sena u hi mit-Tuneżija residenti Ħal Safi.

Il-mara ttieħdet lejn l-isptar Mater Dei iżda skont kelliema tal-Pulizija, wara ftit hi telqet mill-isptar mingħajr ċertifikat.