Tinqaleb karozza fl-Imsida

Għal ħabta tas-6.30am inqalbet karozza wara ħabta ma’ vann u din baqgħet sejra fuq bankina fi Triq Victor Denaro kantuniera ma’ Triq SS Caruana fl-Imsida. F’din il-parti tat-triq hemm numru ta’ sinjali li jindikaw biex ix-xufiera jieqfu.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 54 sena minn Ħal Qormi waqt li x-xufier tal-karozza huwa raġel ta’ 58 sena mill-Marsa.

Ir-raġel tal-karozza ttieħed l-isptar Mater Dei iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji dalwaqt.