Tinqaleb karozza fis-Siġġiewi

Karozza li kienet għaddejja fi Triq ta’ Bur il-Kbir fis-Siġġiewi nqalbet.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30pm fit-Triq li mis-Siġġiewi tagħti għas-Salib tal-Għolja.
Fuq il-post marru l-pulizija u ambulanza. Ftit ħin wara li seħħ l-inċident, il-karozza tneħħiet mit-triq u s-sewwieq ittieħed l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.