Aġġornata: Tifel l-isptar wara li nqalbet karozza fin-Naxxar

Mara u tifel ttieħdu l-isptar wara li nqalbu bil-karozza fin-Naxxar f’ħabta ma’ karozza oħra.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq San Pawl.

Il-mara li ttieħdet l-isptar għandha 65 sena u toqgħod in-Naxxar. It-tifel għandu ħames snin. Huma ħabtu ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena min-Naxxar. Ir-raġel ma weġġax.

Il-kundizzjoni tal-mara u t-tifel għadha mhux magħrufa.