Mara ttieħdet l-isptar wara nqalbet bil-karozza fil-Mellieħa.
Kelliema għall-Pulziija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 pm fi Triq it-Telgħa tas-Selmun.
Skont il-Pulizija l-mara nqalbet waħedha.
Il-mara għandha 66 sena u toqgħod Birkirkara.
Skont il-paġna fuq Facebook Malta Road Traffic Updates, l-inċident seħħ fi triq li ġiet irranġata riċentement.