Aġġornata: Tinqaleb bil-karozza u tolqot 3 karozzi oħra fil-Marsa

Mara ta' 24 sena nqalbet bil-karozza fil-Marsa.

L-inċident seħħ fid-8.45am fi Triq is-Sajjieda.
Jidher li l-karozza laqtet 3 karozzi tant li waħda minnhom baqgħet tiela' l-bankina.
Il-mara rnexxielha toħroġ waħedha mill-karozza madankollu ttieħdet xorta waħda l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni medika tagħha għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili ta' Kordin u tal-Furjana. 
Ritratti: Ian Noel Pace