Tinqaleb karozza fil-Marsa

Inċident tat-traffiku wassal għal konġestjoni kbira tat-traffiku fil-Marsa. Dan wara li għal ħabta tat-3pm, inqalbet karozza fi Triq Aldo Moro.
Il-Pulizija qed tavża lis-sewwieqa biex tuża toroq alternattivi fid-direzzjoni tal-bypass tal-Marsa u tal-Ħamrun. 
Ma' Newsbook.com.mt, il-Pulizija qalet li s-sewwieq ma kellu bżonn l-ebda għajnuna. 
Fuq il-post, marret ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei.