Aġġornata(2): Tinqaleb karozza fil-Gudja

Karozza nqalbet ġewwa l-Gudja wara li kienet involuta f’ħabta.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ fil-12.20pm fi Triq Ħal Tarxien, fejn il-Palazz ta’ Bettina, waqt li l-karozza kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ambulanza.

It-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin.