Filmat: Tinqaleb karozza fil-Furjana

Karozza nqalbet fi Triq Sant’Anna fil-Furjana.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.45 pm. Membri tal-Pulizija, tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u ambulanza marru fuq il-post.

Skont il-Pulizija ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u li l-karozza nqalbet wara li x-xufier tilef il-kontroll tagħha. Fuq il-post kien hemm tliet fire engines.

Filmat: Christoph Schwaiger