Tinqaleb karozza fil-Baħrija

Read in English.

Inqalbet karozza fil-Baħrija għall-ħabta tal-12:15 illum, iżda jidher li ħadd ma weġġa’.

Il-karozza nqalbet fit-triq tal-bypass lejn San Pawl il-Baħar. Ħadd ma kien miġruħ serjament, għaldaqstant ma ssejħitx ambulanza fuq il-post.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident ma’ Newsbook.com.mt.