Aġġornata: Tinqaleb karozza fi Triq l-Imġarr; mara gravi

Mara sofriet minn ġrieħi gravi, filwaqt li raġel sofra ġrieħi ħfief wara li nqalbu bil-karozza fil-Bypass tal-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq l-Imġarr.
Raġel ta’ 47 sena mir-Rabat li kien qed isuq il-karozza, u mara ta’ 49 sena mill-Mellieħa li kienet passiġġiera miegħu, ittieħdu l-Isptar Mater Dei.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.