Tinqaleb karozza f’Ħ’Attard; Mara l-isptar

Mara ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza tagħha f’Ħ’Attard.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fis-6.35am fi Triq Ħal Warda.

Il-mara ta’ 57 sena, resdenti Ħal Qormi tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha u nqalbet. Kawża ta’ dan ntlaqtet karozza oħra li kienet ipparkjata fit-triq. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili sabiex jassisstu.

Filwaqt li t-triq ingħalqet għal xi ħin, issa tinsab mll-ġdid miftuħa għat-traffiku.