Raġel l-isptar wara li nqaleb bil-karozza f’Ħal Qormi

Aġġornat 04:57 PM

F’Ħal Qormi seħħ inċident meta s-sewwieq ta’ karozza nqaleb bil-vettura. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Dan ġara fit-3.35pm fi Triq Manwel Dimech.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li ssejħu l-Protezzjoni Ċivili fuq il-post peress li deher li r-raġel kien maqbud ġol-vettura, iżda eventwalment dan ħareġ waħdu.

Ir-raġel huwa Indjan ta’ 34 sena li joqgħod Ħaż-Żebbuġ.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.