Tinqaleb il-vara ta’ Kristu Rxoxt fl-Isla

Waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Rxoxt fl-Isla, il-vara li turi lil Kristu rebbieħ inqalbet lejn ix-xellug u kważi waqgħet hekk kif kienet għaddejja mit-toroq tal-Isla waqt il-purċissjoni ta’ dalgħodu.

Wieħed mir-reffiegħa waqa wiċċu ‘l isfel bil-konsegwenza li r-reffiegħa l-oħra waqgħu ukoll. L-istatwa inklinat diversi drabi iżda ma missitx l-art hekk kif dawk li kienu qed jerfgħuha għamlu minn kollox biex l-istatwa ma taqax.

Żewġ reffiegħa weġġgħu fl-inċident iżda ġew trattati fuq il-post u komplew maċ-ċelebrazzjonijiet.