Tinqaleb il-karozza u jweġġa’ gravi

Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħal Luqa  sofra ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu, wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 am fi Triq Ħal Farruġ.

Iż-żagħżugħ kien passiġġier f’karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena minn Bormla.

Għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ma’ ħajt, bil-konsegwenza li l-vettura nqalbet.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-passiġġier l-Isptar Mater Dei, fejn irriżulta li sofra ġrieħi ta’ natura gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.