Tinqaleb ferrovija fl-Italja; 2 persuni mejta

Reuters

Read in English.

Żewġ xufiera mietu u 27 persuna oħra weġġgħu wara li ferrovija fit-Tramuntana tal-Italja nqalbet kmieni l-Ħamis filgħodu. L-inċident seħħ bejn Milan u Bolonja fl-Italja.

Il-ferrovija qabzet il-linji waqt li kienet qed issuq b’veloċità li tleħħaq il-280 kilometru fis-siegħa.

Il-vagun ta’ quddiem tal-ferrovija qabeż il-linji u baqa dieħel f’vaguni tal-merkanzija u waqaf diversi metri ‘l bogħod maqlub filwaqt li bqija tal-ferrovija ma nqalbitx.

Fuq il-ferrovija kien hemm 33 persuna u telqet minn Milan fil-5.10am.

Skont s-servizzi tal-emerġenza 27 persuna weġġgħu iżda ħadd minnhom ma jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin sabiex jiddeterminaw il-kawża ta’ dan l-inċident.