3 persuni jitilfu ħajjithom fl-Iskozja wara li nqalbet ferrovija

Aġġornat 06:28 AM

Read in English.

Tliet persuni, inkluż xufier, tilfu tilfu ħajjithom filwaqt li diversi persuni oħra ndarbu fl-Iskozja wara li ferrovija nqalbet fi trqitha lejn Glasgow.

Fi stqarrija l-awtoritajiet Skoċċiżi kkonfermaw li kawża tal-inċident tilef ħajtu ix-xufier, il-kunduttur u passiġġier li kienu abbord il-ferrovija. Filwaqt li l-passiġġieri ngħataw il-kura fuq il-post, sitt passiġġieri kellhom jittieħdu l-isptar għal iktar kura.

Diversi uffiċjali tas-servizzi tal-emerġenza ssejħu fuq il-post fejn seħħ l-inċident għal ħabta tal-10am.

Il-Prim Ministru Skoċċiż Nicola Sturgeon qalet li dan kien inċident serju ħafna u żiedet tgħid li rċeviet rapport dettaljat u li qed issegwi l-iżviluppi tal-inċident.

Il-Ħamis filgħodu l-awtoritajiet ikkonfermaw li l-inċident seħħ hekk kif jidher li sfrundat l-art kawża ta’ valanga fl-akwati.