
Read in English.
22 persuna ndarbu wara li nqalbet ferrovija fi Franza. Il-ferrovija kienet qed tagħmel il-vjaġġ bejn Strasburgu u Pariġi.
Persuna ndarbet b’mod gravi. B’kollox kien hemm 348 persuna abbord din il-ferrovija. Is-sewwieq tal-ferrovija ttieħed l-isptar b’helikopter.
Il-prosekutur ta’ Strasburgu beda inkjesta biex jagħmel l-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.