Aġġornata: Tinqaleb dgħajsa ‘l barra minn Lampedusa: 9 mejta

Wikipedia

Read in English.

9 persuni mejta ttellgħu mill-baħar mill-Kosta Gwardjana Taljana. Dan wara li nqalbet dgħajsa barra l-gżira Taljana ta’ Lampedusa.

L-awtoritajiet Taljani qalu li tellgħu katavri ta’ żewġ nisa u fi stqarrija spjegaw li tellgħu 7 oħra.

22 persuna salvati

Filwaqt li nstabu 9 persuni mejta, L-awtoritajiet salvaw 22 persuna.

It-22 persuna ttellgħu l-art mill-Gwardja tal-Kosta Taljana wara li saret operazzjoni ta’ salvataġġ li kienet ikkoordinata mill-awtoritajiet ta’ Palermo tul il-lejl li għadda.

L-awtoritajiet Taljani rċivew sejħa għall-għajnuna nhar il-Ħadd filgħaxija wara li ntlemħet dgħajsa tal-injam b’madwar 50 immigrant fuqha barra mill-kosta ta ’Lampedusa. Skont il-Gwardja tal-Kosta Taljana, id-dgħajsa inqalbet wara li dawk li kienu fuqha marru fuq naħa waħda tad-dgħajsa x’ħin raw lid-dgħajsa tal-għassa waslet ħdejhom.

Il-maġġoranza tagħhom huma mit-Tuneżija u Afrikani mis-Sub-Saħara. Hu mifhum li fost dawk irrappurtati nieqsa hemm tmient itfal.

L-Awtoritajiet Taljani qed ikomplu bil-missjoni ta’ tiftix għall-bqija tal-persuni.