Tinqaleb dgħajsa ‘l barra mil-Libja; 12-il persuna nieqsa

Migrants are rescued by SOS Mediterranee organisation and Doctors Without Borders during a search and rescue (SAR) operation with the MV Aquarius rescue ship in the Mediterranean Sea, off the Libyan Coast, August 10, 2018. REUTERS/Guglielmo Mangiapane

L-għaqda Alarmphone qalet li seħħet traġedja umana hekk kif dgħajsa nqalbet bl-immigranti fuqha bi 12-il persuna jgħerqu u 20 oħra jittieħdu lura lejn il-Libja.

Dalgħodu l-istess għaqda rċeviet telefonata dwar din id-dgħajsa li nqalbet ‘il barra mill-port ta’ Zawiya fil-Libja. L-għaqda internazzjonali tal-immigrazzjoni kkonfermat din l-aħbar u qalet li dawk li salvaw qalu li fost il-persuni li għerqu hemm żewġt itfal.

Alarmphone qalet li juru solidarjetà mal-qraba tal-vittmi fl-istess waqt li jinsabu rrabjati li qed ikomplu jintilfu l-ħajjiet fil-baħar.

L-awtoritajiet tal-Libja, Malta u l-Italja naqsu milli jagħtu informazzjoni dwar il-każ.