Jissalvaw 2 persuni li nqalbu bid-dgħajsa viċin it-Torri tal-Qbajjar

Aġġornat 07:18 PM
Arkivji

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvat żewġ persuni li kienu fuq dgħajsa li nqalbet qrib it-Torri tal-Qbajjar f’Għawdex.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-każ seħħ għall-ħabta tal-5.15pm. Fuq il-post hemm ħelikopter tal-AFM kif ukoll patrol boat. Dawn kienu qed jgħinu liż-żewġ persuni f’periklu.

Sorsi minn fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li ssejħu wkoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-kelliem issokta jgħid li ż-żewġ persuni ma kellhomx bżonn assistenza medika, tant li reġgħu ħarġu bid-dgħajsa f’qasir żmien.