Tinqaleb bil-karozza fil-Fgura

Żagħżugħa ta’ 22 sena minn Ħal Qormi nqalbet bil-karozza fil-Fgura.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-6.10pm fi Triq San Franġisk.

Iż-żagħżugħa ngħatat attenzjoni medika fuq il-post. It-triq reġgħet infetħet.