Tinqabad tisraq minn pulizija li ma kienx xogħol

Tfajla ġiet arrestata ftit wara li surġent maġġur li lbieraħ ma kinitx xogħol, ratha tisraq minn basktijiet ta’ għawwiema, inkluż tagħha stess fil-Bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn.

Kien biss ftit tal-ħin wara li s-surġent maġġur tat deskrizzjoni tat-tfajla lill-Control Room tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li uffiċjali tal-pulzija tal-Rapid Intervention Unit, li kienu qegħdin fuq ronda fl-inħawi, arrestawha fi Triq il-Gardiel, Marsaskala.

Dan kien it-tieni każ ta’ din ix-xorta.  Nhar l-Erbgħa li għadda surġent li wkoll ma kienx xogħol arresta raġel li kien qiegħed jisraq mill-basket tiegħu waqt li kien qiegħed jgħum fil-Bajja ta’ tas-Sliema għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar.