Tinqabad tisraq minn ħanut f’Tas-Sliema

Ħalliela inqabdet tisraq minn stabbiliment f’Tas-Sliema.
Qarrej ta’ Newsbook.com.mt ikkonferma li l-mara inqabdet tisraq xi affarjiet f’ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq it-Torri għall-ħabta tal-4pm.
Ħaddiema u nies li kienu fil-ħanut dak il-ħin żammew lil mara  u ma ħallewiex titlaq sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post.
Membri mir-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u jarrestaw lill-mara.
Ritratt: Arkivji