Aġġornata: Żewġ żgħażagħ żgħar jinqabdu jisirqu minn ħanut

Żewġ żgħażagħ inqabdu jisirqu minn ħanut tal-ħwejjeġ f'Tas-Sliema.
Sorsi kkonfermaw ma' Newsbook.com.mt li l-attentat seħħ għall-ħabta tas-2.30pm, u l-Pulizija kkonfermat li ż-żewġ żgħażagħ huma rġiel Maltin, u għandhom 20 u 17-il sena.
L-impjegati tal-ħanut indunaw b'dak li kellhom f'moħħhom iż-żewġ żgħażagħ, u jidher li żammewhom sakemm laħqu waslu l-Pulizija.
Fuq il-post issejħu wkoll uffiċjali mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.