Tinqabad fit-traffiku hi u twelled; Il-pulizija jwassluha l-isptar

Uffiċjal tal-pulizija ltaqa’ ma’ sitwazzjoni mhux tas-soltu dalgħodu meta kien imwaħħal fit-traffiku, għax spiċċa biex għen lil mara li kienet qiegħda twelled u kellha tittieħed l-isptar malajr.

Il-Korp tal-Pulizija spjega fuq Facebook li kien għall-ħabta tas-6.30am meta l-uffiċjal kien imwaħħal fit-traffiku fi triqtu lejn ix-xogħol fi Triq Franġisku Pisani fil-Mosta. Xufier minnhom avviċina lill-uffiċjal biex jitolbu l-għajnuna peress li l-passiġġiera tiegħu kienet waslet biex twelled u b’hekk kellha bżonn tmur l-isptar malajr kemm jista’ jkun.

L-uffiċjal irnexxielu jrikkeb lill-koppja fuq il-mutur tiegħu sakemm iltaqa’ mal-pulizija tat-traffiku fit-triq u dawn ħadu lill-koppja l-isptar.

What a way to start the day! This morning at about 0630hrs, an officer who was on his way to start a day of work…

Posted by The Malta Police Force on Wednesday, June 19, 2019