Tinky Winky imut bil-kesħa

Il-qorti fl-Ingilterra aċċettat il-verdett tal-coroner li Simon Shelton, l-attur li jagħmilha ta’ Tinky Winky fix-xow tat-tfal Teletubbies, miet bil-kesħa. Huwa instab mejjet fit-triq f’Liverpool, f’Jannar li għadda.
Mill-inkjesta li saret fuq il-kaġun tal-mewt, ħarġet issa li miet b’ipotermja, jiġifieri ġismu kien kesaħ wisq.
Il-coroner Anita Bhardwaj qalet li mir-rapport ħareġ li kien xorob ħafna il-lejl ta’ qabel. It-temperatura tal-lejl li miet kienet 3 gradi celsius, u x’aktarx miet kaġun ta’ kemm ix-xorb, kif ukoll il-kesħa kbira.
Hi kibtet li kellu 52 sena, u li kellu passat ta’ alkoħoliżmu.
Fl-1998, Simon ħa l-irwol ta’ Tinky Winky fuq Teletubbies, sal-2001. Ħa sehem f’madwar 14-il episodju, u skond il-ħabiba tiegħu Judith Tynan, dan l-irwol kien li tah isem fid-dinja tad-drama.
Madwar biljun tifel u tifla f’iktar minn 120 pajjiżi kienu jaraw it-Teletubbies f’ 45 lingwa.