Tinkwetax jekk se tiskadilek il-liċenzja tas-sewqan

Read in English.

Transport Malta qed tagħmel arranġamenti temporanji biex il-liċenzji tas-sewqan (il-liċenzja r-roża) li se jiskadu minn Marzu ‘l quddiem mhux se jiġu mġedda sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Fi stqarrija, TM qalet li dan ifisser li l-liċenzja skaduta xorta se tkun valida biex wieħed isuq fix-xhur li ġejjin, sakemm is-sitwazzjoni tal-coronavirus tiġi lura għan-normal.

Transport Malta fissret li qed tieħu dan il-pass biex tevita żjarat żejda fil-kliniċi tat-tobba għal ċertifikat mediku sabiex kemm jista’ jkun in-nies jibqgħu f’darhom u ma joħorġux, skont il-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Avżat lill-pubbliku illi sakemm jinħareġ avviż ieħor, mhux se jintbagħtu l-avviżi ta’ tiġdid.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn