“Tinkwetawx għalina” – it-tfal maqbuda fl-għar jiktbu lill-ġenituri  

It-tfal Tajlandiżi li nqabdu f’għar f’Chiang Rai, bagħtu ittri lill-ġenituri tagħhom għall-ewwel darba minn meta bdiet l-avventura sfortunata tagħhom ġimgħatejn ilu.

Tifel minnhom kiteb lill-ġenituri u qalilhom biex ma jinkwetawx, filwaqt li staqsa lill-għalliema tiegħu biex ma tagħtihomx ħafna homework.

Il-coach tat-team skuża ruħu mal-ġenituri f’ittra separata li bagħat, iżda l-ġenituri qalulu li mhuwiex it-tort tiegħu.

It-tnax-il tifel u l-coach tagħhom kienu qed jesploraw għar meta nqabdu f’għargħar fit-23 ta’ Ġunju.

Tifel ieħor kiteb “Tinkwetawx dwari għax salvajt” u f’ittra oħra, tifel qal “Inħobb lil ommi, lil missieri u lil ħuti. Mamà u papà jekk nista’ noħroġ minn hawn, ġibuli ikla fuq il-barbeque”.

Ritratt: Facebook