Identifikat ir-raġel li miet fl-Imġarr

Hearse-pulizija-mewt
Miguela Xuereb

Ir-raġel li miet l-Imġarr ilbieraħ kellu 22 sena, u kien min-Niġerja.

L-inċident seħħ meta kien qed iħott xi folji tal-ħadid, u l-ħadid waqa’ fuqu. Dan seħħ fi Triq il-Ħaddedin, fl-Imġarr, għall-ħabta tal-5.30pm. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.