Tinħeles fil-baħar fekruna li ngħatat kura

Nature Trust / Facebook

Fekruna li faqqset din il-ġimgħa fil-Bajja tal-Mixquqa llum inħelset fil-baħar wara li ngħatat il-kura meħtieġa.

Ilbieraħ 76 fekruna mill-95 bajda li kien hemm fil-bajja rnexxielhom jaslu ġol-baħar, iżda l-għaqda Nature Trust qalet li waħda kienet qiegħda tingħata kura peress li kienet għadha dgħajfa wisq biex tmur ġol-baħar.

Illum, iżda, l-NGO ħabbret li wara li ngħatat kura mill-Veterinarju Dr Gruppetta, il-fekruna nħelset. Hija rringrazzjat lill-Akkwarju Nazzjonali tal-apparat provdut.