Jinħass terremot, nies joħorġu mid-djar

It-terremot ta' ftit sekondi nħass sew f'Malta.
L-Uffiċċju għall-Monitoraġġ Siżmiku tal-Università ta' Malta qal li t-terremot ta' 3.2 fuq l-iskala Richter inħass fil-ħdax u għaxra ta' filgħaxija.
It-terremot inħass l-aktar fin-Nofsinhar ta' Malta, u għadd ta' persuni f'diversi lokalitajiet ħarġu minn djarhom biex jaraw x'ġara.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li f'xi residenzi fil-Fgura waqgħet l-għamara.
Anke s-sit Last Quake taċ-Ċentru Sismiku Ewro-Mediterranju semma' din it-theżżiża.
Sadanittant, siegħa qabel inħass terremot f'Sirakuża, u aktar qabel minn dan, theżżiżiet mhux daqstant ħienja heżżu t-Tramuntana tal-Libja.