Tinħass theżżiża f’Malta

Seismic Monitoring and Research Group

Inħasset theżżiża f’Malta dalgħodu, b’ħafna jikkummentaw fuq il-midja.

Il-Seismic Monitoring and Research Group tal-Università ta’ Malta ppubblika grafika li turi li t-theżżiża ġiet irreġistrata 7:23am, għall-ħabta tal-istess ħin kien hemm terremot fi Kreta li rreġistra 6.2 fuq l-iskala Richter.

Ilbieraħ l-Albanija ntlaqgħet b’terremot ta’ 6.4 fejn mietu minn tal-inqas 23 persuna u weġgħu ‘l fuq minn 600.

Fis-sigħat li għaddew kien hemm numru tat-theżżiżiet fl-Albanija, l-Greċija u anki t-Turkija.