Tarbija b’oħra għad-difna mill-mortwarja ta’ Mater Dei

Il-Ministeru għas-Saħħa sejjaħ inkjesta indipendenti dwar żball fil-Kamra Mortwarja fl-Isptar Mater Dei, fejn intbagħat għad-difna katavru b’ieħor.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li lbieraħ ġie infurmat li ntbagħat għad-difna bi żball katavru ta’ tarbija li twieldet qabel iż-żmien.

Il-Gvern qal li l-impjegat involut f’dan l-inċident ġie sospiż sakemm joħorġu r-riżultat tal-inkjesta u l-konklużjoni tal-proċeduri dixxiplinarji.