Tinħareġ deroga bil-kwota stabbilita’ għall-kaċċa

Il-MEPA fi stqarrija qalet li l-kwota stabbilita’ għal dan l-istaġun tal-kaċċa hija ta’ 11,000 għall-Gamiem u 5,000 għas-Summien.

Dan l-istaġun ser jiġi terminat permezz ta’ stqarrija għall-istampa jekk il-kwota komplessiva tiġi milħuqa.

L-Awtorita’ dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se toħroġ Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2013 għal dawk l-applikanti eliġibbli kollha skont il-proċedura stabbilita bil-liġi. Din il-liċenzja mhix trasferibbli hija valida biss għall-Kaċċa ta’ żewġ speċi ta’ għasafar, li huma il-Gamiem u s-Summien.

Il-kaċċaturi liċenzjati huma obbligati li jiiddikjaraw kull Gamiema u Summiena maqbuda fuq il-ktejjeb tagħhom u permezz tas-servizzi ta’ SMS qabel ma jħallu iz-zona tal-kaċċa, kif ukoll li jirrispettaw ir-restrizzjonjiet tal-ħinijiet u l-kwota ta’ għasafar li kull persuna tista’ taqbad.

Huwa fl-interess tal-organizazzjonijiet tal-kaċċaturi u ta’ kull kaċċatur individwali li jassiguraw li l-ebda kaċċa illegali ma sseħħ għax din tippreġudika derogi futuri rigward il-kaċċa.