Tingħata s-sentenza għall-mewt l-eks maħbuba ta’ Kim Jong-Un

12-il persuna fosthom l-eks maħbuba tal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-Un inqatlu mis-suldati fuq ordni tal-mexxej Korejan.

L-eks maħbuba tiegħu, Hyon Song-Woi kienet ġiet arrestata x-xahar li għadda.

Hija kienet kantanta magħrufa fil-Korea ta’ Fuq filwaqt li l-persuni l-oħra wkoll kienu jaħdmu fl-ispettaklu.

L-akkuża mressqa kontrihom kienu li ffurmaw parti minn ċirku pornografiku.

Tlett ijiem wara li tressqu quddiem tribunal ingħataw is-sentenza għall-mewt.