​Tingħata opportunità oħra wara li serqet darbtejn minn ħwienet

Mara minn Ħaż-Żabbar ingħatat il-libertà proviżorja wara li ammettiet li serqet minn żewġ ħwienet fil-Belt Valletta.
Il-mara hija Michelle Wilson ta’ 45 sena u ġiet akkużata b’serq aggravat minn żewġ ħwienet, kif ukoll b’tentattiv ieħor ta’ serq mit-tielet ħanut.
Il-Qorti semgħet kif l-akkużata wettqet ukoll reat f’perjodu ta’ rijabilitazzjoni b’rabta ma’ każ ieħor preċedenti. Madankollu l-Maġistrat Joe Mifsud qal li jemmen li hemm opportunità ta’ rijabilitazzjoni fuq tliet snin.
Fl-istess ħin wissiha li trid tagħmel deċiżjoni konxja li tħalli warajha darba għal dejjem it-triq tal-kriminalità.