Tingħata l-Quality Award lill-ewwel tliet entitajiet

DOI: Omar Camilleri

Business 1st, l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali, u l-hubs reġjonali ta’ servizz.gov ingħataw il-Quality Award. Din ingħatat wara proċess sħiħ li matulu d-dipartiment jew l-entità tejbu l-ambjent tax-xogħol, għamlu l-proċessi tagħhom aktar user-friendly u fasslu Quality Service  Charter, forst miżuri oħra li ħadu.

L-entitajiet mogħtija l-Quality Award se jsirilhom moniteraġġ kontinwu. Il-Quality Awards tqassmu mill-President ta’ Malta, George Vella, u mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar.

Il-President George Vella qal li s-Servizz Pubbliku hu s-sinsla indispensabbli tal-amministrazzjoni u t-tmexxija tal-pajjiż u għalhekk hu pożittiv ħafna t-tibdil li qed isir fi ħdan is-Servizz Pubbliku biex jgħolli l-livell tal-kwalità tas-servizzi li joffri.