Tingħata l-ħelsien mill-arrest wara li heddet żewġ gwardjani lokali

Mara ta’ 37 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li heddet żewġ gwardjani lokali b’injama tal-baseball ilbieraħ f’Birżebbuġa wara li waqqfuha hekk kif indunaw li fil-karozza kien hemm żewġt itfal rekbin magħha li ma kinux lebsin ċinturin tas-sigurtà 
Fil-Qorti l-mara,residenti Ħaż-Żabbar, ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha, fosthom li insultat u heddet żewġ gwardjani lokali, m’obdietx l-ordnijiet tagħhom u li kisret il-paċi pubblika.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ordna biex isir rapport tal-inkjesta qabel ma tingħata s-sentenza.
Hi ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000 u kienet orndata biex tiffirma f’għassa darba fil-ġimgħa.
Ritratt: Arkivji