Tingħata l-aħħar tislima lill-koppja li mietet fl-Awstralja

Bosta kienu dawk li llum inġabru fil-Knisja ta’ Birżebbugia sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Lorry u Doreen Pulis, li tilfu ħajjithom f’inċident tat-traffiku fl-Awstralja fi Frar.
Dorren u Lorry minn Birżebbuġa, ta’ 58 u 57 sena, u ħu Doreen ta’ 74 sena,  mietu fuq il-post wara ħabta f’Sydney bejn trakk u l-karozza li kien qed isuq ħu Doreen, il-koppja kienet fuq wara tal-karozza.
Il-koppja marret l-Awstralja fost l-oħrajn għal tieġ.