Tingħata l-aħħar tislima lill-ġurnalist Ivan Fenech

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Ivan Fenech, li kien assistent editur tat-Times of Malta. Il-funeral tiegħu sar fil-Knisja tar-Rotunda fil-Mosta. Fenech kellu 55 sena.

Aqra: Imut Ivan Fenech t’Aħn’aħna jew M’aħniex

Mewtu tħabbret nhar l-Erbgħa li għadda. Skont is-sit Times of Malta, Fenech kien qed iħossu ma jiflaħx fil-kamra tal-aħbarijiet it-Tlieta filgħaxija, u miet l-isptar l-għada.

Huwa ssieħeb mat-Times fit-tmeninijiet bħala ġurnalist sal-1997. Ħadem fit-teatru satiriku fit-80ijiet u d-90ijiet. Barra mill-ġurnaliżmu, Fenech kien jieħu sehem fil-programm satiriku Aħn’aħna jew M’aħniex li kien jixxandar fit-tmeninijiet. Fenech ħalla jibku t-telfa tiegħu lil martu u bintu.