Tingħata l-aħħar tislima lill-Imħallef Gino Camilleri

Illum fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar, fil-Knisja tal-Ġiżwiti fi Triq il-Merkanti, fil-Belt Valleta, se jsir il-funeral tal-Imħallef Gino Camilleri.
Matul is-snin l-Imħallef Camilleri kien ċermen u membru ta’ diversi bordijiet u kumitati fil-Malta Football Association (MFA).
Hu kien ukoll ċermen tal-Kumitat Olimpiku Malti u membru attiv f’diversi assoċjazzjonijiet sportivi.
Bħala ċermen tal-Kumitat Olimpiku Malti kellu b’suċċess l-organizazzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej għall-ewwel darba f’Malta, fl-1993.
Huwa kien ukoll viċi president tal-Aquatic Sports Association (ASA), fejn kien strumentali fil-bini tal-ewwel pixxina nazzjonali f’Wied il-Għajn fl-1986 u fil-bini tal-pixxina nazzjonali tal-Qroqq fl-1993.
L-Imħallef Ġino Camilleri jibqa’ mfakkar bħala persuna eżemplari u retta fir-responsabbilitajiet kollha li kellu matul ħajtu.