Tingħata l-aħħar tislima l-Olandiża maqtula f’Malta

Shannon Mak, li nqatlet xi ġimgħat ilu f’Santa Venera, ingħatat l-aħħar tislima f’bar f’Amsterdam illum.

Fuq il-profil ta’ Facebook taż-żagħżugħa, il-qraba tagħha baqgħu jxerrdu messaġġi biex jinkoraġixxu lil dawk li kienu jafuha biex imorru l-bar jieħdu tazza nbid magħha għall-aħħar darba.

Huma kitbu li hija għexet ħajjitha bħala festin, iżda l-festin intemm kemxejn kmieni.

Waqt dan il-festin, li kien aktar maħsub biex jiċċelebra ħajjet Shannon, attendew numru ta’ nies li ħallew messaġġi ħelwin lill-ħabiba tagħhom, li nstabet maqtula fit-3 t’Awwissu b’għonqha mħanxar.

Wara, il-familja u dawk li attendew kellhom jieħdu l-katavru ta’ Shannon il-krematorju.

Posted by Shannon Mak on Saturday, August 11, 2018