Tingħata il-libertà proviżorja wara li weġġgħet ħafif pulizija

Gwida tat-turisti, ta’ 58 sena ingħatat il-libertà proviżorja wara li ġiet akkużata li weġġgħet ħafif pulizija, irreżistiet l-arrest u għamlet ħsara f’karrozza. Hi wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.

Waqt is-smiegħ tal-kawża, l-akkużata qalet lill-Maġistrat li riedet tirrappreżenta lilha nnifisha. Hi saqsiet ukoll jekk il-pulizija involut f’dan il-każ mexiex skont il-liġi meta sakkarha bil-karozza tiegħu.