Tingħata d-divorzju wara li żewġha ma qallhiex li kien diġà miżżewweġ

Omm ta’ erbat itfal ingħatat id-divorzju wara li żewġha ma kienx qal li kien diġà żżewweġ fil-Libja u kellu t-tfal.
Fil-Qorti ntqal li l-mara bdiet tinduna bil-każ fl-ewwel ftit xhur wara li kienet iżżewġet lir-raġel 14-il sena ilu.
Intqal ukoll li l-Libjan telaq il-mara fl-istess jum meta kienet ikkonfrontatu biex jgħidilha l-verità u ma setgħetx issib fejn kien qed jgħix sakemm fl-2007 isseparaw.
Il-Qorti ddeċidiet li l-verżjoni tal-mara kienet kredibbli u ż-żwieġ ma setgħax ikompli wara li l-Libjan iddeċieda li jabbandunaha.
Ġie deċiż ukoll li l-mara għandu jkollha d-dritt li titlob il-manteniment jekk tispiċċa fi problemi finanzjarji minħabba l-kundizzjoni medika tagħha.