Tingħata borża ta’ studju għal Masters

Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi ippreżentat ċekk ta’ €1,000 lil Tamsin Marie Kingswell, li bl-essay tagħha rebħet borża ta’ studju għal M.A. fl-Istudji tal-Mediterran.
Id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti, il-Professur Dominic Fenech, irringrazzja lill-Fondazzjoni Alfred Mizzi tal-għajnuna tagħhom u wera t-tama li entitajiet oħra jsegwu dan l-eżempju u jgħinu inizjattivi tal-Università ta’ Malta.
Tamsin Marie għanda 21 sena u ggradwat fl-Istorja u l-Arkaeoloġija f’Diċembru li għadda. Kif temmet l-istudji tagħha, hi xtaqet li ssaħħaħ l-għarfien u l-ħiliet tagħha permezz ta’ programm fil-livell ta’ Master.