Tingħalaq waħda mill-karreġġjati fil-mini ta’ Tignè

Bejn l-10pm u t-3am waħda mill-karreġġjati fil-mini ta’ Tignè f’Tas-Sliema se tkun magħluqa għat-traffiku.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li dan minħabba li l-konsorzju Midi se jgħaddi cable ta’ taħt l-art, minn kalvert eżistenti.
Vetturi sejrin lejn il-Belt se jgħaddu mill-karreġjata l-oħra u mhux se jkunu affettwati.
Traffiku minn Tas-Sliema għal Qui Si Sana, inkluż it-trasport pubbliku, se jgħaddi minn triq it-Torri tas-Sliema.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa jsuqu bil-galbu u tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.